Għandna Bżonn lil xi Ħadd li Jismagħna
BĦALA bnedmin, aħna nipprovaw insibu l-ferħ u s-sodisfazzjon fil-ħajja. Imma meta jqumu xi problemi persunali, kemm ikun taˈ għajnuna u taʼ faraġ li jkollna lil xi ħadd li nistgħu nitkellmu miegħu dwar l-inkwiet tagħna!
Igħid Dr. George S. Stevenson: “Li titkellem dwar il-problema jgħinek biex ittaffi t-tensjoni, igħinek biex tara l-inkwiet tiegħek f’dawl iktar ċar, u spiss ighinek tara x’tistaʼ tagħmel dwaru.“ Dr. Rose Hilferding osservat: “Ilkoll irridu naqsmu l-inkwiet tagħna maʼ xi ħadd. Irridu naqsmu t-tħassib. Irridu nħossu li hemm xi hadd fid-dinja li hu lest li jismaʼ u li kapaci jifhimna.
“M’għandniex xi ngħidu, ebda bniedem ma jistaʼ jissodisfa għalkollox din il-ħtieġa. Minħabba limiti fuq il-ħin u fatturi ohra, dawk il-bnedmin li nistgħu niftħu qalbna magħhom forsi ma jkunux disponibbli meta l-iktar li jkollna bżonnhom, jew forsi nżommu lura milli niddiskutu xi kwistjoni saħansitra mal-akbar ħbieb taghna.
Il-veri Kristjani, madankollu, qatt ma huma ghalkollox mingħajr xi ħadd li jismagħhom, għax dejjem għandhom il-mezz tat-talb. Il-Bibbja tinkuraġġina ripetutament biex nitolbu lil Alla, il-Ħallieq tagħna, li jismu Jehovah. Jintqalilna biex nitolbu bis-sinċerità, f’isem Ġesù, u fi qbil mar-rieda t’Alla. Anki kwistjonijiet persunali u privati huma suġġetti xierqa ghat-talb. “F’kollox . . . ħalli jkunu l-petizzjonijiet tagħkom imgħarrfin lil Alla,” jmtqalilna f’Filippin 4:6. X’ghotja tal-għaġeb! Il-Ħakkiem Sovran tal-univers taghna huwa dejjem lest li jilqaʼ u jirċievi t-talbiet tal-qaddejja umlin tiegħu kulmeta jixtiequ li jersqu lejh.−Salm 83:18; Mattew 6:9-15; Ġwann 14:13, 14; 1 Ġwann 5:14.
Madankollu, tassew li Alla jismaʼ? Xi wħud forsi jaħsbu jekk l-effett tat-talb hux limitat skond l-abbiltà tal-bniedem: Wieħed jitlob, billi jirranġa l-ħsibijiet tiegħu u jghidhom fi kliemu. Billi b’hekk ikun iddefinixxa l-problema tiegħu, hu jfittex soluzzjoni xierqa u jkun għajnejh miftuħin beraħ ghal kull ħaġa li tistaʼ tgħinu biex isibha. Meta l-problema tiegħu tiġi solvuta, hu jistaʼ jagħti l-kredtu lil Alla, imma kienu attwalment il-moħħ u l-isforzi tiegħu stess li pproduċew ir-riżultati mixtiqin.
Ħafna llum jaħsbu li dak hu kulma hemm dwar it-talb. Hekk taħseb int? Hija l-qawwa tat-talb limitata hekk? Veru, l-isforzi mentali u fiziċi taˈ dak li jkun fi qbil mat-talb tiegħu għandhom irwol sinjifikanti f’li wieħed jikseb it-tweġiba. Xi ngħidu, madankollu, dwar l-irwol t’Alla stess fil-kwistjoni? Jismaʼ Alla meta int titolbu? Iqishom hu t-talbiet tiegħek bħala li huma importanti, billi jqis x’fihom u jwieġeb għalihom?
It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet huma sinjifikanti. Jekk Alla ma jagħtix l-attenzjoni tiegħu lit-talbiet tagħna, allura t-talb ma fihx ħlief valur psikologiku. Mill-banda l-oħra, jekk Alla tabilħaqq jirċievi u jismaʼ b’interess lil kull waħda mit-talbiet tagħna, kemm għandna nkunu grati għal provvediment bħal dan! Dan għandu jqanqalna biex nużaw dak il-provvediment kuljum.
Nistednuk, allura, li tkompli taqra, hekk kif dawn il-kwistjonijiet se jiġu diskussi fl-artiklu li jmiss.