LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 7/1 p. 3
  • Kien Iktar Tard Milli Ħasbu Huma!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kien Iktar Tard Milli Ħasbu Huma!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Materjal Simili
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġeremija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • “Ma Nistax Noqgħod Sieket”
    Il-Kelma t’Alla Għalina Permezz taʼ Ġeremija
  • “Ġeħova Għamel li Kellu f’Moħħu”
    Il-Kelma t’Alla Għalina Permezz taʼ Ġeremija
  • “Int Għidilhom Din il-​Kelma”
    Il-Kelma t’Alla Għalina Permezz taʼ Ġeremija
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 7/1 p. 3

Kien Iktar Tard Milli Ħasbu Huma!

IS-​SENA, 609 Q.E.K. Il-​post, Ġerusalemm. Il-​kelliemi, Ġeremija l-​profeta. Hu bassar qerda għall-​belt qaddisa u maħbuba tiegħu, Ġerusalemm, qerda li kellha tiġi minħabba li l-​Lhud kienu taw daharhom lil Jehovah u kienu għaddsu lilhom infushom fil-​qima taʼ allat foloz. Huma ħadu sehem f’qima taʼ sess oxxen fuq il-​postijiet għoljin, offrew offerti taʼ xorb lil allat pagani, qiemu lix-​xemx u lill-​qamar u lill-​kwiekeb, ħarqu l-​inċens lil Baal u ssagrifikaw l-​ulied tagħhom lil Molek.—1 Slaten 14:23, 24; Ġeremija 6:15; 7:31; 8:2; 32:29, 34, 35; Eżekjel 8:7-17.

F’għajnejhom Ġeremija kien wieħed li jnewwaħ il-​gwaj, fanatiku, wieħed li m’hu kuntent b’xejn u b’ħadd. Għal 38 sena Ġeremija kien wissiehom; għal 38 sena l-​abitanti taʼ Ġerusalemm kienu waqqgħuh għaċ-​ċajt. Sa dan iż-​żmien, in-​nies ma kinux qed jagħtu kas taʼ Jehovah, billi qalu li hu ma kienx xi forza li wieħed għandu jkun ikkonċernat biha. Huma qalu: “Jehovah mhux se jagħmel ġid, u mhux se jagħmel deni” u, “Jehovah telaq lill-​art, u Jehovah mhux qed jara”—Sofonija 1:12; Eżekjel 9:9.

Il-profeti Ġeremija u Eżekjel kienu ppridkaw il-​qerda taʼ Ġerusalemm, imma xejn ma kien ġara. Mela l-​Iżraeliti qatt ma ħasbu li viżjoni bħal din kellha titwettaq fi żmienhom, billi qalu: “Il-​jiem huma mtawlin, u kull viżjoni għebet.” Imma r-​risposta taʼ Jehovah għal dan kienet: “Il-​jiem resqu qrib . . . Għax jien innifsi, Jehovah, se ngħid dik il-​kelma li se ngħid, u se tkun magħmula. Mhux se jkun hemm posponiment iktar, għax fil-​jiem tiegħek, O dar ribelluża, jien se ngħid kelma u ċertament nagħmilha.”—Eżekjel 12:22-25.

Fis-sena 609 Q.E.K., iż-​żmien kien wasal biex Jehovah iwettaq il-​kelma tiegħu. Wara li Ġeremija kien semmaʼ t-​twissija għal kważi erbgħin sena, il-​belt taʼ Ġerusalemm ġiet assedjata mill-​armati Babilonjani. Tmintax-il xahar wara, il-​ħitan ġew mifqugħin, it-​tempju ġie maħruq, u l-​biċċa l-​kbira tan-​nies ġew meħudin fl-​eżilju lejn Babilonja. Bħalma kien imbassar, il-​belt ġiet meqruda bis-​sejf u bil-​ġuħ u bil-​pesta.—2 Slaten 25:7-17; 2 Kronaki 36:17-20; Ġeremija 32:36; 52:12-20.

Ġeremija kellu raġun. In-​nies kienu żballjati. Kien iktar tard milli ħasbu huma! Il-​viżjoni ma kinetx għal snin imbegħdin. Kienet għal żmienhom.

Din mhix sempliċement xi storja. Dak li ġara lil Ġerusalemm kien profetiku. Iffigura bil-​quddiem xi ħaġa li kellha tiġi. Il-​Kristjaneżmu tal-​lum jieħu l-​isem taʼ Kristu u jsostni li qiegħed f’relazzjoni taʼ patt m’Alla; imma hu jimxi wara l-​passi tal-​abitanti taʼ Ġerusalemm tal-​qedem. Maʼ kullimkien, il-​knejjes tal-​Kristjaneżmu jgħallmu duttrini pagani, huma mniġġsin b’immoralità sesswali, jiddefendu skemi politiċi, jappoġġjaw lill-​gwerer tad-​dinja, iħaddnu l-​evoluzzjoni u jwarrbu fil-​ġenb lil Alla bħala Ħallieq, jagħlqu għajn waħda għas-​sagrifiċċju taʼ miljuni li m’humiex imweldin fuq l-​artal tal-​konvenjenza, u b’mod ġenerali jadottaw filosofiji umani, billi jsostnu li l-​Bibbja hija kollha ħrejjef u leġġendi.

Bħalma n-​nies taʼ Ġerusalemm waqqgħu għaċ-​ċajt lil Ġeremija, hekk ukoll il-​Kristjaneżmu jwaqqaʼ għaċ-​ċajt lix-​Xhieda taʼ Jehovah illum. It-​twissija tax-​Xhieda dwar qerda li ġejja f’Armageddon tiġi skartata bħala li ma tiswa xejn. ‘Alla mhux interessat fl-​art,’ igħid il-​Kristjaneżmu. ‘Ħallih jimmaniġġja s-​sema; aħna se nimmaniġġjaw l-​art. U jekk Armageddon tiġi, mhux se tiġi fil-​ġenerazzjoni tagħna. Dik l-​istorja smajnieha qabel. Mhux se niġu impressjonati b’dik!’

Se tkun din ripetizzjoni tal-​istorja? Se jkun żmien ieħor meta miljuni se jiskopru li kien iktar tard milli ħasbu huma?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja