LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 6/1 p. 5
  • L-Aħjar Għajnuna Biex Tkun Taf il-Futur

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Aħjar Għajnuna Biex Tkun Taf il-Futur
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Materjal Simili
  • Il-Bibbja Tbiddel il-Ħajjiet
    It-Torri tal-Għassa: Il-Bibbja Tbiddel il-Ħajjiet
  • Kif Qtajt l-Għatx Spiritwali Tiegħi
    Stenbaħ!—2003
  • Ħajja Sodisfaċenti u Hienja taʼ Sagrifiċċju mill-Qalb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Kien taʼ Sfida u taʼ Ferħ li Rrabbi Tmint Itfal fil-Mogħdijiet taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 6/1 p. 5

L-​Aħjar Għajnuna Biex Tkun Taf il-​Futur

Minn Waħda Li Sabet it-​Triq tal-​Ħajja

IR-​RELIĠJON kellha parti importanti fil-​ħajja tal-​familja tiegħi. Missieri kien Lhudi, u avolja kien sar Kattoliku biex jiżżewweġ lil ommi, hu kien għad għandu rispett kbir lejn il-​Bibbja. Ommi kienet ġejja minn familja bi tradizzjonijiet Kattoliċi taʼ egħruq fil-​fond—tnejn minn ħutha kienu sorijiet, kellha kugin monsinjur, u żewġ neputijiet li kienu patrijiet.

Matul it-​tieni gwerra dinjija, l-​anzjetajiet, il-​biżaʼ, u t-​thedhida li kellu taʼ li jiġi ddeportat lejn xi kamp taʼ konċentrament għaliex kien Lhudi, wasslu lil missieri għal mewta qabel iż-​żmien. Billi kienet temmen bis-​sħiħ fid-​duttrina tal-​immortalità tar-​ruħ, ommi kienet ħadet sehem f’seduti spritistiċi, biex tipprova tikkuntattja lil missieri.

Meta lħaqt l-​eta tiegħi, ir-​reliġjon tradizzjonali baqgħet parti minn ħajti. Bqajt “Kattolika tajba.” Minkejja dan, il-​Kattoliċiżmu ma setaʼ qatt jispjega x’kien hemm fil-​futur għalija. Lejn min stajt indur għall-​għajnuna biex niskoprih?

Bħalma kienet għamlet darba ommi, jien ukoll ikkonsultajt medji tal-​ispirti. Ladarba huma kienu jibdew kull seduta billi jroddu s-​salib u jitolbu, kont konvinta li l-​affarijiet strambi li jien rajt kienu minn Alla. Kien f’dan iż-​żmien li jien, billi ridt intaffi s-​sofferenzi taʼ oħrajn, ingħaqadt maʼ assoċjazzjoni Kattolika li organizzat vjaġġi lejn is-​santwarju Marjan taʼ Lourdes, fejn il-​morda kienu jittamaw li jfiqu b’mod mirakoluż.

Qatt ma kont għadni smajt bix-​Xhieda taʼ Jehovah sakemm ir-​raġel tiegħi aċċetta żewġ rivisti li jien tant sibthom interessanti. Dak li impressjonani l-​iktar kien li l-​Bibbja ġiet ikkwotata biex tappoġġja l-​kummenti fir-​rivisti. Mill-​ewwel irrealizzajt li dawn il-​pubblikazzjonijiet kienu se jkunu tajbin biex nakkwista għarfien mill-​Kelma t’Alla. Ktibt biex nitlob abbonament għaż-​żewġ rivisti. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah ġew iżuruni, u bdejt nistudja l-​Bibbja.

Kont entużjasta ħafna dwar il-​veritajiet tal-​Bibbja li kont qed nitgħallem u bdejt nitkellem dwarhom maʼ kull min kont naf. Kont ixxukkjata mir-​reazzjoni taʼ ħabiba, dik li kienet torganizza l-​pellegrinaġġi reliġjużi meta għidtilha li kont qed neżamina l-​Bibbja max-​Xhieda. Hi rrabjat ħafna u tant qalet affarijiet ħżiena dwarhom li kelli nitlaq. Imbagħad kelli niffaċċja oppożizzjoni minn żewġi. (Mattew 10:36) Għall-​ewwel kienet diffiċli, imma iktar ma poġġejt l-​affarijiet li kont qed nitgħallem fil-​prattika, iktar ma l-​ħajja tal-​familja tiegħi tbiddlet għall-​aħjar. Tgħammidt fl-​1977.

Irrealizzajt li qatt ma kont insib it-​triq tal-​ħajja li kieku x-​Xhieda taʼ Jehovah ma wrewx interess billi ppruvaw igħinuni biex insir naf il-​veritajiet meraviljużi tal-​Bibbja. Kont naf li jien ukoll kont taħt obbligu li nagħmel ħilti kollha biex ingħin oħrajn isiru jafu dwar Jehovah u dwar il-​għan meraviljuż tiegħu għall-​futur. Kif kont se nagħmel dan? L-​aħjar mod kien li nidħol fil-​ministeru “full-time”. Minħabba li kont qed ingħix f’dar maqsuma reliġjożament, dan ma kienx faċli għalija. Imma jien fdajt fl-​appoġġ u fil-​gwida taʼ Jehovah u għamiltu r-​refuġju tiegħi. Issa, jien qed ingħix l-​iktar snin henjin taʼ ħajti bħala pijuniera regulari. Jien issa iktar konvinta minn qatt qabel li “Jehovah hu tajjeb” u li kulmin “jistkenn fih” huwa hieni.—Salm 34:8.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja