LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 2/15 pp. 4-5
  • Ifejjaq Raġel Imwieled Agħma

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ifejjaq Raġel Imwieled Agħma
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Materjal Simili
  • Ifejjaq Raġel Imwieled Agħma
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Ġesù jfejjaq raġel li twieled agħma
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Il-Fariżej jiffaċċjaw lir-raġel li kien agħma
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • In-Nuqqas taʼ Twemmin Stinat tal-Fariżej
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 2/15 pp. 4-5

Il-​Ħajja u l-​Ministeru taʼ Ġesù

Ifejjaq Raġel Imwieled Agħma

META l-​Lhud jippruvaw iħaġġru lil Ġesù waqt li qiegħed fit-​tempju, hu jistaħba u jaħrab. Imma ma jitlaqx minn Ġerusalemm. Iktar tard nhar is-​Sibt, hu u d-​dixxipli tiegħu qegħdin jimxu fil-​belt meta jaraw raġel li ilu agħma minn twelidu. “Rabbi, min dineb,” id-​dixxipli jistaqsu lil Ġesù, “dan ir-​raġel jew il-​ġenituri tiegħu, sabiex twieled agħma?”

Forsi d-​dixxipli jemmnu, bħalma jagħmlu xi rabbini, li wieħed jistaʼ jidneb f’ġuf ommu. Imma Ġesù jwieġeb: “La dan ir-​raġel ma dineb lanqas il-​ġenituri tiegħu, imma kien sabiex ix-​xogħlijiet t’Alla jistgħu jintagħmlu jidhru fil-​każ tiegħu.” In-​nuqqas taʼ dawl tar-​raġel m’huwiex il-​konsegwenza taʼ xi żball jew dnub speċifiku magħmul jew mir-​raġel jew mill-​ġenituri tiegħu. Id-​dnub taʼ I-ewwel raġel Adam irriżulta f’li l-​bnedmin kollha jkunu mperfetti, u b’hekk suġġetti għal difetti bħal li wieħed jitwieled agħma. Dan id-​difett fir-​raġel issa jagħti opportunità lil Ġesù biex jagħmel jidhru x-​xogħlijiet t’Alla.

Ġesù jenfasizza li hemm urġenza f’li jagħmel dawn ix-​xogħlijiet. “Aħna rridu naħdmu x-​xogħlijiet taʼ dak li bagħatni waqt li huwa l-​jum,” hu jgħid. “Il-​lejl ġej meta ebda bniedem ma jistaʼ jaħdem. Sakemm qiegħed fid-​dinja, jien hu d-​dawl tad-​dinja.” Dalwaqt il-​mewt taʼ Ġesù se titfgħu ġod-​dlam tal-​qabar fejn ma jistaʼ jagħmel xejn iktar. Sadanittant, hu sors taʼ tidwil għad-​dinja.

Wara li jgħid dawn l-​affarijiet, Ġesù jobżoq fl-​art u bil-​bżieq jagħmel ftit tafal. Hu jpoġġi dan fuq għajnejn ir-​raġel agħma u jgħid: “Mur inħasel fil-​għadira taʼ Siloam.” Ir-​raġel jobdi. U meta jinħasel, jistaʼ jara! Kemm jifraħ hu u ġej lura, billi qed jara għall-​ewwel darba f’ħajtu!

Il-ġirien u nies oħra li jafuh jibqgħu skantati. “Dan huwa r-​raġel li kien joqgħod bil-​qiegħda jittallab, hux hekk?” huma jistaqsu. “Dan hu,” jwieġbu xi wħud. Imma oħrajn ma jistgħux jemmnuh dan: “Assolutament le, imma jixbhu.” Madankollu r-​raġel igħid: “Jien hu.”

“Kif, mela, infetħu għajnejk?” in-​nies iridu jkunu jafu.

“Ir-​raġel imsejjaħ Ġesù għamel ftit tafal u dilku fuq għajnejja u qalli, ‘Mur f’Siloam u inħasel. ’Jien għalhekk tlaqt u nħsilt u ksibt il-​vista.”

“Fejn hu dak ir-​raġel?” huma jistaqsu.

“Ma nafx,” hu jwieġeb.

In-nies issa jieħdu lir-​raġel li darba kien agħma għand il-​mexxejja reliġjużi tagħhom, il-​Fariżej. Dawn ukoll jaqbdu jistaqsuh kif kiseb id-​dawl. “Hu poġġa ftit tafal fuq għajnejja, u jien inħsilt u għandi d-​dawl,” jispjega r-​raġel.

Ċertament, il-​Fariżej għandhom jifirħu bit-​tallab imfejjaq! Imma minflok huma jakkużaw lil Ġesù. “Dan m’huwiex raġel minn Alla,” huma jgħidu. Għala jgħiduh dan? “Għaliex hu ma josservax is-​Sibt.” U madankollu Fariżej oħra jistagħġbu: “Kif jistaʼ raġel li huwa midneb iwettaq sinjali taʼ dik ix-​xorta?” Mela hemm firda bejniethom.

Għalhekk, huma jistaqsu lir-​raġel: “Xi tgħid int dwaru, billi fetaħlek għajnejk?”

“Huwa profeta,” hu jwieġeb.

Il-Fariżej ma jemmnuhx dan. Huma konvinti li bil-​fors li hemm xi qbil sigriet bejn Ġesù u dan ir-​raġel biex jidħku bin-​nies. Mela biex jaqtgħu l-​kwistjoni, huma jsejħu lill-​ġenituri tat-​tallab sabiex jistaqsuhom. Ġwann 8:59; 9:l-18.

◆ Liema ħaġa kienet responsabbli għan-​nuqqas taʼ dawl tar-​raġel u liema ħaġa ma kinetx?

◆ X’inhu l-​lejl meta ebda bniedem ma jistaʼ jaħdem?

◆ Meta r-​raġel jiġi mfejjaq, kif jirreaġixxu dawk li jafuh?

◆ Il-​Fariżej kif kienu mifrudin minħabba l-​fejqan tar-​raġel?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja