LEZZJONI NRU. 15
Il-Ħbieb t’Alla Jagħmlu Dak li Hu Tajjeb
Meta jkollok ħabib li tammirah u tirrispettah, tipprova tkun bħalu. “Tajjeb u sewwa l-Mulej,” tgħid il-Bibbja. (Salm 25:8) Biex inkunu l-ħbieb t’Alla, irridu nkunu tajbin u retti. Il-Bibbja tgħid: ‘Ixbhu lil Alla, bħala wlied maħbuba, u imxu fl-imħabba.’ (Efesin 5:1, 2) Dawn huma ftit pariri kif nistgħu nagħmlu dan:
Għin lil oħrajn. “Ħa nagħmlu l-ġid ma’ kulħadd.”—Galatin 6:10.
Aħdem iebes. “Iqis il-ħalliel li ma jisraqx aktar; imma jaħdem bl-onestà b’idejh.”—Efesin 4:28.
Żomm ruħek nadif fiżikament u moralment. “Ħa nitnaddfu minn kull tidnis tal-ġisem u tar-ruħ, u ntemmu l-qdusija tagħna fil-biża’ ta’ Alla.”—2 Korintin 7:1.
Ittratta lill-membri tal-familja tiegħek b’imħabba u rispett. “Kull wieħed minnkom, għandu jħobb lil martu bħalu nnifsu, u l-mara għandha ġġib rispett lil żewġha. Intom it-tfal, isimgħu mill-ġenituri tagħkom.”—Efesin 5:33–6:1.
Uri mħabba lejn oħrajn. “Ejjew inħobbu ’l xulxin, għax l-imħabba ġejja minn Alla.”—1 Ġwann 4:7.
Obdi l-liġijiet tal-pajjiż. “Kull bniedem għandu jobdi lill-[gvern] . . . Agħtu lil kulħadd dak li ħaqqu, taxxi lil min imissu t-taxxi.”—Rumani 13:1, 7.