LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g17 Nru. 5 pp. 14-15
  • Żjara fil-Każakistan

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żjara fil-Każakistan
  • Stenbaħ!—2017
Stenbaħ!—2017
g17 Nru. 5 pp. 14-15
Astana, il-Każakistan

Il-belt taʼ Astana

PAJJIŻI U POPLI

Żjara fil-Każakistan

Mappa tal-Każakistan

IL-​Każakistani normalment kienu jgħixu bħala nomadi. Sal-​lum il-​ġurnata, xi ragħajja Każakistani jieħdu l-​annimali tagħhom biex jirgħu f’postijiet differenti skont l-​istaġun. Is-​sajf iqattgħuh fuq għoljiet fejn ikun hemm il-​frisk u l-​ħaxix. Imbagħad, hekk kif toqrob ix-​xitwa li magħha ġġib il-​borra, iniżżlu l-​merħliet f’medda art iktar sħuna.

Xi Każakistani jgħixu fi bliet moderni u żviluppati. Madankollu, ħafna tradizzjonijiet, ikel, u affarijiet li jaħdmu b’idejhom jirriflettu l-​istil taʼ ħajja li kellhom l-​antenati tagħhom. Il-​Każakistani għandhom wirt kbir taʼ poeżiji, għanjiet, u mużika li tindaqq bi strumenti mużikali lokali.

Il-​yurt—it-​tinda tradizzjonali tan-​nomadi li tinġarr—saret simbolu taʼ kif il-​bniedem jgħix fin-​natura u jirrispettaha. Ir-​ragħajja għadhom jippreferu jużaw il-​yurt, u l-​Każakistani li jgħixu fil-​bliet spiss jużawhom għal okkażjonijiet speċjali. Dawn it-​tined jintużaw ukoll bħala akkomodazzjoni komda għat-​turisti. Il-​mod kif inhi minn ġewwa turi l-​kapaċità tan-​nisa Każakistani fis-​sengħa tagħhom tal-​irrakkmar, tal-​insiġ, u tat-​tapizzerija.

Familja ġewwa yurt

Yurt minn ġewwa

Familji Każakistani li jgħixu ’l bogħod mill-​bliet jgħożżu ż-​żwiemel tagħhom. Minn tal-​inqas hemm 21 kelma Każakistana għal żiemel, kull waħda b’xi ftit tifsir differenti, u hemm iktar minn 30 kelma u espressjoni biex tiddeskrivi l-​kulur tal-​pil taż-​żiemel. Żiemel tajjeb għadu rigal li jqum il-​flus u apprezzat. Fil-​kampanja, is-​subien jitgħallmu jirkbu ż-​żiemel minn età żgħira.

Ikla tradizzjonali Każakistana dejjem tinkludi l-​laħam u normalment ma tkunx taħraq fit-​togħma. Fost ix-​xarbiet favoriti tal-​Każakistani hemm xarba magħmula mill-​ħalib tad-​debba li jintqal li għandha ħafna benefiċċji għas-​saħħa, u xarba magħmula mill-​ħalib tal-​ġemel li hi sustanzjuża u ftit qarsa.

L-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Ġeħova f’Almaty jilqgħu lill-​viżitaturi u huma lesti li jagħmlulhom tur.

Leopard tal-borra

Il-leopard tal-borra li diffiċli biex tarah iqattaʼ s-sajf fuq il-muntanji fl-għoli fil-Każakistan

KONT TAF?

Hemm minn tal-​inqas 36 tulipan salvaġġ differenti fil-​Każakistan, u t-​tulipan hu disinn komuni fl-​arti Każakistana tradizzjonali.

L-​ilma tal-​Lake Balkhash fil-​Każakistan hu mielaħ fin-​naħa tal-​Lvant u kważi mingħajr melħ fin-​naħa tal-​Punent.

Il-​kaċċa b’ajkli u għasafar tal-​priża oħrajn li jkunu mħarrġin għadha popolari. Il-​Każakistani jispikkaw f’li jħarrġu lill-​ajkli rjali—l-​ispeċi favorita tagħhom.

Ajkla, b’għamad f’rasu, fuq id raġel

L-għamad f’ras l-ajkla jgħinha tneħħi l-biżaʼ mill-bniedem

  • LINGWI PRINĊIPALI: KAŻAKISTANI, RUSSU

  • POPOLAZZJONI: 17,563,000

  • BELT KAPITALI: ASTANA

  • KLIMA: IS-​SAJF SĦUN U XOTT, U X-​XITWA KIESĦA U BIL-​BORRA

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja