LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 10/13 p. 16
  • Is-Smigħ Straordinarju tal-Buqran Aħdar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-Smigħ Straordinarju tal-Buqran Aħdar
  • Stenbaħ!—2013
  • Materjal Simili
  • Werrej
    Stenbaħ!—2013
  • Ipproteġi s-Smigħ Tiegħek!
    Stenbaħ!—2002
  • Is-Sensi taʼ l-Għaġeb fid-Dinja taʼ l-Annimali
    Stenbaħ!—2003
Stenbaħ!—2013
g 10/13 p. 16

ĠIE DISINJAT?

Is-​Smigħ Straordinarju tal-​Buqran Aħdar

IL-​BUQRAN AĦDAR tal-​Amerika t’Isfel (Copiphora gorgonensis) għandu widnejh twal inqas minn millimetru, imma jaħdmu b’mod simili ħafna għall-​widnejn umani. Dan l-​insett kapaċi jiddistingwi varjetà kbira taʼ frekwenzi minn distanzi twal. Pereżempju, jistaʼ jagħraf id-​differenza bejn il-​ħoss taʼ buqran aħdar ieħor u l-​ħoss ultrasoniku taʼ farfett il-​lejl li qed jikkaċċja.

IL-​WIDNA TAL-​BUQRAN AĦDAR

Ikkunsidra: Il-​widnejn tal-​buqran aħdar jinsabu fuq iż-​żewġ saqajn taʼ quddiem tiegħu. Bħall-​widna umana, il-​widna tal-​buqran aħdar tiġbor il-​ħsejjes, tbiddilhom, u tanalizza l-​frekwenza tagħhom. Imma x-​xjentisti skoprew organu speċjali ġol-​widna taʼ dan l-​insett—ħofra mimlija fluwidu ppressat li tidher qisha bużżieqa tawwalija. Dan l-​organu, li sejħulu l-​bużżieqa akustika, jaħdem bħal ħofret il-​widna tal-​mammali imma hu ħafna iżgħar. Il-​buqran aħdar għandu smigħ straordinarju grazzi għall-​bużżieqa akustika tiegħu.

Il-​professur Daniel Robert, mill-​Iskola tax-​Xjenzi Bijoloġiċi tal-​Università taʼ Bristol, fir-​Renju Unit, jgħid li din l-​iskoperta se tgħin lill-​inġiniera “jiżviluppaw apparat tas-​smigħ ispirat min-​natura li jkun iżgħar u iktar preċiż minn qatt qabel.” Ir-​riċerkaturi jemmnu li dan se jikkontribwixxi wkoll għall-​ġenerazzjoni li jmiss taʼ teknoloġija tal-​inġinerija ultrasonika, inkluż metodi biex jiġi investigat il-​ġisem uman mingħajr il-​bżonn taʼ operazzjoni.

Int x’taħseb? Is-​smigħ straordinarju tal-​buqran aħdar ġie bl-​evoluzzjoni? Jew ġie disinjat?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja