LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 10/08 p. 32
  • “Sempliċement Meraviljuż!”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Sempliċement Meraviljuż!”
  • Stenbaħ!—2008
Stenbaħ!—2008
g 10/08 p. 32

“Sempliċement Meraviljuż!”

◼ Dan huwa l-​mod kif id-​direttur taʼ stħarriġ dwar iż-​żwieġ iddeskriva l-​ktieb Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja. Koppja miżżewġa li ħadet sehem fl-​istħarriġ tatu kopja tal-​ktieb u spjegatlu li meta huma studjawh ġew megħjunin jippreparaw għaż-​żwieġ.

Id-​direttur taʼ l-​istħarriġ kiteb lill-​koppja biex jirringrazzjahom tar-​“rigal meraviljuż” li bagħtulu. Imbagħad, hu wera li jittama li koppji bħalhom jistgħu jgħallmu lil oħrajn dwar “x’hemm bżonn biex iż-​żwieġ ikun fis-​sod u b’saħħtu.” Hu kien ċert li pubblikazzjonijiet bħall-​ktieb Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja jgħinu lill-​koppji jittrattaw id-​differenzi li jistgħu jinqalgħu bejniethom. Id-​direttur innota li din il-​koppja għandha l-​vantaġġ taʼ fidi soda u li tistrieħ fuq l-​għajnuna t’Alla.

Id-direttur spjega li hu poġġa l-​ktieb fuq l-​iskrivanija tiegħu u li qed jurih lill-​istudenti tiegħu meta jistaqsuh għal parir dwar iż-​żwieġ. “Qatt ma rajt dan il-​ktieb partikulari,” jikkonkludi hu, “u hu sempliċement meraviljuż!”

Eluf taʼ koppji madwar id-​dinja bbenefikaw mill-​ktieb Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja. Dan jistaʼ jgħin lilek ukoll biex tapplika l-​prinċipji Bibliċi li jistgħu jagħmlu lill-​ħajja tal-​familja tiegħek iktar pjaċevoli.

Tistaʼ titlob kopja taʼ dan il-​ktieb, li fih 192 paġna billi sempliċement timla l-​kupun t’hawnhekk u tibagħtu fl-​indirizz muri fuq il-​kupun jew f’indirizz adattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Mingħajr ebda obbligu nitlob kopja tal-​ktieb muri hawn. Indika b’liema lingwa.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja