LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 10/08 p. 3
  • Żwiġijiet fi Kriżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żwiġijiet fi Kriżi
  • Stenbaħ!—2008
  • Materjal Simili
  • Kif tirnexxi fiż-​żwieġ Kristjan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Il-Bibbja X’Tgħid dwar li Raġel u Mara Jgħixu Flimkien Mingħajr Ma Jkunu Miżżewġin?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Ibni żwieġ b’saħħtu u ferħan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Jekk iż-Żwieġ Wasal fi Stat Kritiku
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2008
g 10/08 p. 3

Żwiġijiet fi Kriżi

“Ma niflaħx iktar!” Qatt smajt lil xi ħadd jitkellem hekk dwar iż-​żwieġ tiegħu? Jekk int miżżewweġ, ġieli ħassejtek bl-​istess mod?

ELUF taʼ koppji żżewġu wara li żviluppaw relazzjoni kollha mħabba fl-​għerusija u koppji oħrajn iżżewġu malajr minħabba l-​passjoni taʼ l-​imħabba, u lkoll kemm huma stennew li se jkollhom ħajja mimlija hena. “Imma sakemm ġew jarawni, ħafna kienu diġà qatgħu qalbhom milli jkollhom l-​hena,” qalet waħda li tagħti l-​pariri. “Huma saru diżappuntati bis-​sieħeb jew bis-​sieħba tagħhom, biż-​żwieġ, bl-​imħabba, u kultant anki b’ħajjithom.” Ħafna minn dawn il-​koppji m’għandhom kważi xejn komuni bejniethom ħlief ċertifikat taż-​żwieġ u l-​post fejn jgħixu.

Xi żwiġijiet jinkisru minħabba l-​ammont li dejjem jiżdied taʼ stress u ansjetà. Xogħol li jitlob ħafna, xogħol bix-​xift, u ħinijiet twal fuq ix-​xogħol iħallu lil ħafna koppji bi ftit li xejn enerġija emozzjonali, avolja jħobbu ħafna lil xulxin. Il-​problemi finanzjarji, il-​kwistjonijiet dwar it-​tfal, iċ-​ċaqliq minn dar għall-​oħra, il-​bidliet fix-​xogħol, u l-​problemi tas-​saħħa wkoll jeqirdu ftit ftit l-​imħabba u r-​rispett. Biex ngħiduha kif inhi, il-​bidliet li jiġu maż-​żmien jistgħu joħolqu t-​tip taʼ stress li jbiegħed lill-​koppji minn xulxin.

Ħafna ommijiet jaħdmu daqs żewġ xogħlijiet full-time—wieħed fuq il-​post tax-​xogħol u l-​ieħor id-​dar. Dan iġiegħel lil ħafna ommijiet jitfgħu l-​attenzjoni tagħhom fuq ix-​xogħol u fuq uliedhom, u ma jiffokaw fuq xejn iktar. L-​istress u l-​għeja esaġerata tħalli lill-​koppji miżżewġin bi ftit li xejn ħin għal xulxin. Għalhekk, ħafna jħossu li m’għandhomx kontroll fuq ħajjithom, u dan iħallihom frustrati u aljenati minn xulxin. Għala hawn daqstant żwiġijiet li jinsabu taħt tant pressjoni? X’tistaʼ tagħmel biex tibni żwieġ hieni u taʼ suċċess?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja