Preferut Iktar minn Kwalunkwe Ġugarell
Jistgħu t-tfal jippreferu ktieb iktar mill-ġugarelli? Tabilħaqq li iva jekk il-ġenituri jdarruhom bil-kotba minn ċkunithom. Mebrahtu u Angela, koppja mill-Kalifornja, fl-Istati Uniti, bdew jaqraw il-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir lit-tifla tagħhom mill-mument li ġabuha d-dar mill-isptar.
“Minħabba f’hekk,” kitbu l-ġenituri, “hi saret tħobb il-ktieb Għalliem. Meta kellha biss sena, hi bdiet titlobna bil-kliem biex naqrawlha dak li hi kienet issejjaħlu bħala l-ktieb taʼ Ġesù. Julianna issa għandha tliet snin u tistenna bil-ħerqa l-mumenti sbieħ li jkollha kuljum mal-mamà u l-papà. Ma nkunux qed nesaġeraw meta ngħidu li t-tifla tagħna tippreferi dan il-ktieb iktar minn kwalunkwe ġugarell. L-istampi u t-tixbihat fihom infushom huma għodda t’għajnuna għat-tagħlim. Aħna, bħala l-ġenituri tagħha, nitgħallmu ħafna wkoll.”
Tistaʼ tibgħat għal kopja taʼ dan il-ktieb sabiħ taʼ 256 paġna, li d-daqs tiegħu huwa bħal taʼ din ir-rivista. Sempliċement imla l-kupun li hawn hawnhekk u impostah fl-indirizz provdut jew f’xi indirizz li hemm imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
❑ Mingħajr ebda obbligu, nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-ktieb muri hawnhekk.
❑ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.