Għenha Tagħmel Preżentazzjoni fl-Iskola
Waħda mill-iskejjel tat-taħriġ fil-Ġermanja għandha numru kbir taʼ studenti minn pajjiżi barranin. Dawn ġejjin mill-Afrika t’Isfel, minn Franza, mill-Ġeorġja, mill-Indja, minn dik li qabel kienet il-Jugoslavja, mil-Libanu, mill-Polonja, mir-Russja, mill-Ukraina, u mill-Vjetnam.
Waħda mill-istudenti kitbet: “Meta ġietna l-opportunità li nagħmlu preżentazzjoni fl-iskola, jien offrejt li nagħmilha. Is-suġġett li għażilt kien ‘Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet li Jistaqsu ż-Żgħażagħ,’ u bbażajt il-preżentazzjoni fuq il-ktieb Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom. L-istudenti baqgħu impressjonati bis-suġġetti li fih il-ktieb u bis-suġġerimenti eċċellenti li jagħti.
“Meta spiċċajt, l-istudenti wrew l-apprezzament tagħhom b’applaws kbir. Peress li lkoll kemm huma qed jistudjaw il-lingwi u jifhmu tajjeb l-Ingliż, stajt inħallilhom 30 kopja bl-Ingliż tal-ktieb Iż-Żgħażagħ Jistaqsu, u wkoll tajt kopja bil-Ġermaniż lill-għalliema.”
Fil-jiem taʼ wara, din l-istudenta kompliet id-diskussjonijiet tagħha fuq il-Bibbja maʼ xi wħud mill-istudenti sħabha, u dawn urew interess. Hi ħallitilhom iżjed letteratura bbażata fuq il-Bibbja bil-Bengali, bil-Ġeorġjan, bl-Għarbi, bl-Ispanjol, bil-Pollakk, bir-Russu, u bil-Vjetnamiż.
Forsi int taf b’xi żagħżugħ li jistaʼ jibbenefika mill-ktieb Iż-Żgħażagħ Jistaqsu. Fost id-39 kapitlu li fih insibu: “Kif Jistaʼ Jkolli Ħbieb Veri?,” “Xi Ngħidu dwar is-Sess Qabel iż-Żwieġ?,” u “Kif Nistaʼ Nkun Naf jekk Hijiex Imħabba Vera?” Int tistaʼ tibgħat għal kopja billi timla l-kupun t’hawnhekk u tibagħtu fl-indirizz muri fuq il-kupun jew f’indirizz adattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Mingħajr ebda obbligu, nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-ktieb muri hawnhekk.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.