L-Iktar Data Importanti fl-Istorja
Din hija d-data li fiha miet Ġesù Kristu. Il-mewt taʼ Ġesù għala kienet daqstant importanti? Għal diversi raġunijiet.
Il-fedeltà taʼ Ġesù sal-mewt tat prova li l-bniedem jistaʼ jżomm l-integrità lejn Alla.
Il-mewt taʼ Kristu pprovdiet ukoll l-opportunità biex xi wħud mill-umanità jsiru ħakkiema miegħu fis-smewwiet. Barra minn hekk, fetħet it-triq biex ħafna oħrajn igawdu ħajja taʼ dejjem f’Ġenna taʼ l-art.
Fil-lejla taʼ qabel ma miet, Ġesù uża ħobż bla ħmira u nbid aħmar bħala simboli tas-sagrifiċċju uman tiegħu kollu mħabba. U qal lid-dixxipli tiegħu: “Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” (Luqa 22:19) Int se tiftakarha din il-ġrajja importanti?
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jistiednuk mill-qalb biex tingħaqad magħhom fl-osservanza tat-Tifkira tal-mewt taʼ Ġesù. Din is-sena d-data għall-osservanza hija nhar l-Erbgħa, 12 t’April, wara nżul ix-xemx. Int tistaʼ tattendi fis-Sala tas-Saltna li hija l-eqreb tad-dar tiegħek. Jekk jogħġbok iċċekkja max-Xhieda taʼ Ġeħova fil-lokal tiegħek għall-ħin u l-post eżatti.