Tafha t-Tweġiba?
(Tistaʼ ssib it-tweġibiet għal dan il-kwizz fil-versi ċitati mill-Bibbja, u l-lista sħiħa tat-tweġibiet hija stampata f’paġna 29. Għal iktar informazzjoni, irreferi għall-pubblikazzjoni “Insight on the Scriptures,” pubblikata mix-Xhieda taʼ Ġeħova.)
1. Ġeħova minn xiex qalilhom biex jagħtuh l-aħjar lill-Iżraelin, għalkemm ma speċifikax dwar l-ammont? (Eżodu 23:19)
2. Minħabba li l-poplu t’Alla jgawdi prosperità u jidher li m’għandux protezzjoni, min se jitħajjar jattakkah? (Eżekjel 38:10-12, 14-16)
3. Min kien l-uffiċjal li żamm lill-appostlu Pawlu fil-ħabs għal sentejn f’Ċesarija u kien qed jittama li jirċievi xi flus mingħandu? (Atti 24:26, 27)
4. Dawk li kienu morda bil-ġdiem f’Iżrael, x’kellhom jgħajtu sabiex ikunu jistgħu jwissu lil oħrajn biex joqogħdu ’l bogħod ħalli ma jittiħdux? (Levitiku 13:45)
5. Ġakobb kif wera fejn kien il-qabar taʼ Rakel? (Ġenesi 35:20)
6. Ġeħova għala mexxa lill-Iżraelin fl-eżilju għal diversi drabi? (2 Slaten 18:11, 12)
7. Minflok ma dawn il-kwalitajiet jagħtu evidenza t’għerf minn fuq, Ġakbu x’qal li huma l-għira, il-ġlied, u l-gideb kontra l-verità? (Ġakbu 3:15)
8. Salamun liema siġra talab mingħand is-Sultan Ħiram għall-bini tat-tempju u biex jagħmel l-arpi u l-kitarri? (1 Slaten 10:11, 12)
9. Ġeħova inkariga lil Elija biex jaħtar lil liema tlett irġiel? (1 Slaten 19:15, 16)
10. Min kien il-qassis il-kbir li ‘kien fuq il-ħwejjeġ kollha tal-Mulej’ matul il-ħakma taʼ Ġosafat? (2 Kronaki 19:11, Saydon)
11. Pawlu wissa lil Timotju biex iħarreġ lilu nnifsu b’liema mira? (1 Timotju 4:7)
12. Nabukodonosor lil liema Fargħun Eġizzjan rebaħ f’Karkemis matul il-ħakma tas-Sultan Ġeħojakim taʼ Ġuda? (Ġeremija 46:2)
13. Minħabba l-għaqal t’Abigajl, David liema ħaġa ħażina m’għamilx? (1 Samwel 25:31)
14. Fil-Bibbja liema espressjoni tintuża meta tirreferi għall-għasafar? (Ġenesi 1:26)
15. Il-ktieb tal-Proverbji għala jwissi kontra li żżur lil xi ħadd spiss iżżejjed? (Proverbji 25:17)
16. Bħalma semma Pietru, jekk nikkontrollaw liema membru taʼ ġisimna se niksbu l-favur taʼ Ġeħova? (1 Pietru 3:10-12)
17. Liema annimal kien iservi bħala sagrifiċċju tal-konsagrazzjoni għas-saċerdozju Aroniku? (Levitiku 8:22-28)
18. Alla għala kkmanda lill-Iżraelin biex ma jagħmlux tpinġijiet fuq ġisimhom? (Levitiku 19:28)
19. Ġakobb x’semmieh il-post fejn hu u Laban għamlu patt għall-paċi? (Ġenesi 31:43-53)
20. Liema kien l-ewwel miraklu taʼ Ġesù? (Ġwanni 2:7-11)
Tweġibiet għall-Kwizz f’paġna 29
1. Il-bikri tal-frott taʼ l-art
2. Gog
3. Feliċ, il-prokuratur tal-Lhudija
4. “Mniġġes!, mniġġes!”
5. Hu waqqaf plier fuqu
6. Huma ma kinux leali lejn il-patt li kienu għamlu miegħu
7. “Taʼ l-art, taʼ l-annimali, tad-demonji”
8. Injam tas-sandal, jew sandlu
9. Lil Ħażajel bħala sultan t’Aram, lil Ġeħu bħala sultan taʼ Iżrael, u lil Eliżew bħala profeta minfloku
10. Amarija
11. Biex jiżviluppa d-“devozzjoni lejn Alla”
12. Neko
13. Ma xerridx demm
14. “Tajr taʼ l-ajru”
15. Ħalli ma jiddejqux bik u jibdew jombrawk
16. L-ilsien
17. Il-muntun
18. Sabiex jagħmilhom differenti minn ġnus oħra u sabiex jenfasizzalhom kemm hu importanti li jkollhom rispett xieraq għall-ġisem uman bħala l-ħolqien t’Alla, li għandu jintuża biex nonorawh
19. Galgħed (li iktar tard sar magħruf bħala Gilgħad)
20. Bidel l-ilma fi nbid