“L-Għalliema Tiegħi Kienu Kuntenti Ħafna”
Dan il-kliem intbagħat f’ittra lill-pubblikaturi taʼ Stenbaħ! minn student mediku taʼ l-ewwel sena fl-Università Medika ġo l-Istat taʼ Tbilisi fil-pajjiż taʼ Ġeorġja. L-istudent għala kiteb lil Stenbaħ!?
“Ili naqra r-rivisti tagħkom mill-1998. . . . Verament jgħinuni fl-iskola. L-artikli dejjem jiġu fil-waqt u mimlijin informazzjoni taʼ min joqgħod fuqha. Reċentement użajt informazzjoni li tinsab fil-ħarġa taʼ l-Awake! tat-22 taʼ Novembru, 2002, mis-serje ‘Stem Cells—Has Science Gone Too Far?’ għal esej dwar is-suġġett ‘Cloning and Stem Cell Kinds.’ L-għalliema tiegħi kienu kuntenti ħafna, u tawni l-ogħla marki.
“Jien ferħan ħafna li tippubblikaw artikli dwar suġġetti interessanti, speċjalment rigward il-mediċina. Għalkemm la jien u lanqas il-familja tiegħi m’aħna Xhieda taʼ Ġeħova, aħna tassew nieħdu gost naqraw ir-rivisti tagħkom għaliex jgħinuna nkabbru l-għarfien tagħna dwar id-dinja taʼ madwarna.”
Forsi tibqaʼ skantat meta ssir taf li l-Bibbja fiha gwida prattika li tippromwovi kemm is-saħħa fiżika u kemm is-saħħa mentali. Dan il-fatt hu enfasizzat fil-browxer affaxxinanti taʼ 32 paġna bit-titlu, Ktieb għan-Nies Kollha. Tistaʼ tibgħat għal kopja billi timla l-kupun t’hawnhekk u tibagħtu fl-indirizz muri fuq il-kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Mingħajr ma nkun obbligat xejn, nixtieq nirċievi kopja tal-browxer Ktieb għan-Nies Kollha.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.