LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 4/8 p. 22
  • Tafha t-Tweġiba?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tafha t-Tweġiba?
  • Stenbaħ!—2004
Stenbaħ!—2004
g04 4/8 p. 22

Tafha t-​Tweġiba?

(Tistaʼ ssib it-​tweġibiet għal dan il-​kwizz fil-​versi ċitati mill-​Bibbja, u l-​lista sħiħa tat-​tweġibiet hija stampata hawn taħt. Għal iktar informazzjoni, irreferi għall-​pubblikazzjoni “Insight on the Scriptures,” pubblikata mix-​Xhieda taʼ Jehovah.)

1. Abraham xi xtara għall-​400 xekel tal-​fidda mingħand ulied Ħet? (Ġenesi 23:​16-20)

2. Liema żewġ affarijiet intużaw fiż-​żewġ sinjali li Gidgħon talab għalihom ħalli jkollu prova taʼ l-​appoġġ divin biex jiġġieled kontra l-​Midjanin? (Mħallfin 6:​36-40)

3. X’attira daqshekk lil Għakan li spiċċa biex injora l-​kmand t’Alla u ġiegħel lill-​Iżraelin isofru telfa f’Għaj? (Ġożwè 7:21)

4. Wara li Alla ħalaq mara għal Adam, xi ddikjara li kellhom isiru l-​koppji miżżewġin? (Ġenesi 2:24)

5. Liema prattiċi spiritistiċi huma kundannati fil-​Bibbja? (Dewteronomju 18:​10, 11)

6. Is-​Sultan Assweru kif iċċelebra meta għamel lil Ester ir-​reġina tiegħu? (Ester 2:18)

7. Ġesù x’bassar li kellu jsir lid-​dixxipli tiegħu minħabba f’ismu? (Mattew 10:22)

8. Min kienet il-​Midjanija li Fineħas qatel meta Żimri ġabha fil-​kamp taʼ Iżrael għal relazzjonijiet immorali? (Numri 25:15)

9. Min hu deskritt fil-​31 kapitlu taʼ Proverbji? (Proverbji 31:10)

10. B’liema kelma tibda kull waħda mit-​tliet sezzjonijiet tad-​dikjarazzjoni li għamel Mikea kontra s-​Samarija u Ġerusalemm? (Mikea 1:2; 3:1; 6:1)

11. Min kien responsabbli għall-​qtil taʼ l-​ewwel imwieled taʼ David, Amnon, li madankollu iktar tard David ħafirlu? (2 Samwel 13:​32, 33)

12. Għal liema raġuni l-​mara taʼ David, Mikal, “stmerritu f’qalbha,” u minħabba f’hekk baqgħet bla tfal sa ma mietet? (2 Samwel 6:​14-16, 20-23)

13. Il-​Bibbja maʼ liema ġrajja tassoċja lil Armageddon? (Apokalissi 16:​14, 16)

14. F’Listra, il-​ġemgħa kif filli kienet se tipprova tagħmel sagrifiċċju għal Pawlu mbagħad ipprovat tħaġġru? (Atti 14:19)

15. Pietru x’għamel waqt li kien qed jipprova jipproteġi lil Ġesù mis-​suldati li ġew biex jarrestawh? (Ġwanni 18:10)

16. Fit-​tielet tentazzjoni fid-​deżert, ix-​Xitan xi pprova jġiegħel lil Ġesù jagħmel? (Mattew 4:9)

17. X’sustanza hija użata fil-​Bibbja biex tissinifika d-​dnub jew il-​korruzzjoni? (Mattew 16:6)

18. L-​għerf taʼ Salamun kien jingħad li jaqbeż l-​għerf taʼ liema rġiel? (1 Slaten 5:11 [4:​31, NW])

Tweġibiet għall-​Kwizz

1. Post għad-​dfin tal-​familja

2. Nida u ġeżża

3. “Mantar taʼ Singħar” flimkien maʼ fidda u deheb

4. “Ġisem wieħed”

5. Teħbir, min jitkixxef il-​ġejjieni, il-​magħmul u s-​sħarijiet, min isejjaħ l-​erwieħ, tbassir, u oħrajn

6. Għamel pranzu, festa (“amnestija,” NW ) lill-​provinċji kollha, u qassam rigali

7. “Kulħadd isir jobgħodkom”

8. Kożbi, bint Sur

9. “Mara taʼ ħila”

10. “Isimgħu”

11. It-​tielet tifel taʼ David, Absalom

12. Hi oġġezzjonat għax David ‘qabeż u żifen quddiem il-​Mulej’ għax kien ferħan

13. “Il-​gwerra taʼ nhar il-​Jum il-​kbir taʼ Alla li jistaʼ kollox”

14. Waslu xi Lhud minn Antjokja u minn Ikonju u pperswadew lin-​nies biex jagħmlu hekk

15. Silet is-​sejf u darab lill-​qaddej Malku, u qatagħlu widintu l-​leminija barra

16. ‘Jinxteħet jadurah’

17. Ħmira

18. Etan, Ħeman, Kalkol, u Darda

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja