Ġie mar-Riħ
Ċertu raġel kien miexi fit-toroq taʼ Mumbai, fl-Indja, x’ħin buffura riħ ġabitlu fuljett ħdejn saqajh. Kien il-fuljett Aħbar tas-Saltna Nru. 36, bit-titlu “Il-Millennju l-Ġdid—X’Qed Joffrilek il-Futur?” Is-suġġett ġibidlu l-attenzjoni. Malajr malajr, ġabar il-fuljett u qrah kollu. Dan qajjimlu l-interess, u minħabba li ried ikun jaf iktar staqsa għal Bibbja u xi pubblikazzjonijiet oħrajn.
Il-fuljett, pubblikat mix-Xhieda taʼ Jehovah, fih informazzjoni li ssaħħaħ il-fidi. Dan jispjega b’mod ċar li l-problemi li niffaċċjaw, inkluż il-mard, il-faqar, u l-gwerer, huma kaġunati mir-“regħba, in-nuqqas taʼ fiduċja, u l-egoiżmu—kwalitajiet li mhux la kemm teħles minnhom bir-riċerka xjentifika, bit-teknoloġija, jew bil-politika.” Il-fuljett juri wkoll li Alla dalwaqt se jeħles l-art mill-ħażen kollu.
Tixtieq issir taf iktar dwar il-wegħdi għall-futur li tagħti l-Bibbja? Ix-Xhieda taʼ Jehovah jgħallmu l-Bibbja fid-djar taʼ miljuni taʼ nies billi jużaw pubblikazzjonijiet ibbażati minn fuq il-Bibbja, inkluż il-browxer Alla X’Jirrikjedi Minna? Dan il-browxer iwieġeb mistoqsijiet bħal: Min hu Alla? X’inhu l-iskop t’Alla għall-art? X’inhi s-Saltna t’Alla? Kif tistaʼ l-Bibbja ttejjeb il-ħajja tal-familja tiegħek?
Jekk tixtieq li x-Xhieda taʼ Jehovah jiġu d-dar tiegħek biex jgħinuk tifhem x’se jagħmel Alla dalwaqt, huma se jieħdu gost jagħmlu dan u se jagħtuk iktar informazzjoni dwar is-Saltna t’Alla. Jekk jogħġbok imla l-kupun t’hawn taħt sabiex ikunu jistgħu jgħinuk.
□ Ibagħtuli kopja tal-browxer Alla X’Jirrikjedi Minna?
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.