“Erġajt Skoprejt lil Dak Ġesù li Kien Intesa”
Wara li qrat il-ktieb L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex, waħda mara minn Saint-Jérôme, fi Quebec, il-Kanada, kitbet: “Kien b’ħerqa kbira li rġajt skoprejt lil dak Ġesù li kien intesa, u li spiss jiġi mpinġi b’mod mhux realistiku mill-pitturi.”
Mill-istampi tal-ktieb, il-mara nnotat: “It-tpinġija fil-ktieb tagħkom tassew impressjonatni. Għalija l-karattri jidhru reali u awtentiċi, bħal dawk li għexu fiż-żmien tal-ħajja u l-ippridkar taʼ Ġesù.” Hi spiċċat billi qalet: “Prosit għat-tħejjija taʼ dan il-ktieb. Huwa bħal kumpass li jiggwida lil dawk li jixtiequ jitgħallmu iktar dwar it-tagħlim veru taʼ Ġesù.”
Il-ktieb L-Aqwa Bniedem jippreżenta bl-aħjar mod il-ġrajjiet kollha tal-ħajja taʼ Ġesù fuq l-art imsemmijin fl-erbaʼ Evanġelji, inkluż it-taħditiet li ta flimkien mat-tixbihat u l-mirakli. Safejn hu possibbli, kollox huwa mniżżel fl-ordni li huwa maħsub li seħħew il-ġrajjiet. U kif ġie notat fil-bidu, il-ktieb fih stampi mill-isbaħ u awtentiċi, u li huma disinjati biex juru x’ħass Ġesù u n-nies taʼ żmienu.
Jekk tixtieq tirċievi kopja taʼ dan il-ktieb taʼ 448 paġna, jekk jogħġbok imla l-kupun t’hawnhekk u ibagħtu fl-indirizz muri fuq il-kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Ibagħtuli kopja tal-ktieb L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.