Il-Koelakant—Ħuta Diffiċli biex Issibha
MINN KITTIEB GĦAL STENBAĦ! FIL-KENJA
F’APRIL taʼ l-2001, inqabdet koelakant mara ’l barra mill-kosta tal-Kenja.a Il-ħuta kienet twila 1.7 metru u tiżen 77 kilogramma. Il-koelakant tingħaraf minn denbha li hu maqsum fi tlieta u mill-kulur blu tagħha bid-dbabar bojod fuqu.
Darba kien maħsub li l-koelakant spiċċat teżisti żmien twil ilu. Imbagħad, fl-1938, inqabdet koelakant ’il barra mill-kosta taʼ l-Afrika t’Isfel. Din is-sejba kienet waħda mill-iktar skoperti żooloġiċi taʼ l-għaġeb fis-seklu 20. Sa dak iż-żmien, il-ħuta kienet magħrufa biss minn fatti li ġew dokumentati dwar il-fossili. Minn meta nqabdet l-ewwel darba, koelakanti oħrajn intlemħu qrib il-Możambik u l-Madagaskar. Popolazzjonijiet imdaqqsin instabu wkoll qrib il-Gżejjer tal-Komoro.
Il-koelakanti nisa ma jbidux bajd li jfaqqsu fl-ilma. Iżda, dawn huma ovovivipari—jipproduċu bajd li jiżviluppa u jfaqqas meta jkun għadu fil-ġisem tal-mara jew eżatt wara li joħroġ ’il barra. Sbatax-il bajda bħal dawn—kull waħda daqs ballun tat-tennis—instabu ġol-ħuta mara li nqabdet is-sena l-oħra.
Ħlejjaq tal-baħar, bħalma hi l-koelakant, juruna kemm huma kbar il-varjetà u l-għerf tal-Ħallieq tagħhom, Alla Jehovah.—Salm 148:7.
[Nota taʼ taħt]
a L-isem koelakant ġej mill-kelmiet Griegi koilos (vojt) u akantha (xewka tad-dahar), li jiddeskrivu x-xewk tal-ġwienaħ tal-ħuta li hu vojt minn ġewwa.
[Sors taʼ l-Istampa f’paġna 25]
Ritratt u tpinġijiet: Ichthyology Department/NATIONAL MUSEUMS OF KENYA