LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 6/8 pp. 10-11
  • L-Aħjar Mod Biex Tissodisfa l-Bżonnijiet Spiritwali Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Aħjar Mod Biex Tissodisfa l-Bżonnijiet Spiritwali Tiegħek
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • Sibtha Int ir-Reliġjon it-Tajba?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • X’Inhi l-​Verità dwar Alla?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Tixtieq tkun taf il-​verità?
    Tixtieq Tkun Taf il-Verità?
  • Fejn Nirrikorru għat-Tweġibiet
    X’Jiġrilna meta Mmutu?
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 6/8 pp. 10-11

L-​Aħjar Mod Biex Tissodisfa l-​Bżonnijiet Spiritwali Tiegħek

IN-​NIES GĦALA GĦANDHOM bżonn reliġjon? Xi wħud jgħidu li l-​bnedmin iduru għal affarijiet spiritwali sabiex isibu sigurtà f’dinja mingħajr sigurtà. Imma hemm iżjed involut. Artiklu fil-​ġurnal American Sociological Review innota: “Il-​bżonn għas-​sigurtà m’huwiex l-​uniku fattur li jintgħoġob fir-​reliġjon. In-​nies dejjem fittxew tweġibiet għall-​mistoqsijiet bħal: Minfejn ġejjin? Fejn sejrin? Għala ninsabu hawn?”

Mingħajr ebda dubju, int taqbel li dawn huma mistoqsijiet importanti ħafna. Għalhekk, ma jistħoqqilhomx dawn tweġibiet taʼ min joqgħod fuqhom? Mistoqsijiet bħal dawn huma wisq importanti, wisq tqal, biex jiġu mwieġba billi sempliċement nagħżlu twemmin reliġjuż minn diversi tradizzjonijiet għax jogħġbuna personalment. Jekk irridu nsibu tweġibiet sodi u taʼ min joqgħod fuqhom għall-​mistoqsijiet l-​iktar profondi tal-​ħajja, żgur li għandna bżonn metodu aħjar.

Hemm xi ħaġa aħjar? Ferrar Fenton, traduttur tal-​Bibbja, qal xi ħaġa rimarkevoli dwar dan il-​ktieb. Hu sejjaħlu “l-​unika ċavetta li tirrivela l-​Misteru taʼ l-​Univers lill-​Bniedem, u l-​Misteru tal-​Bniedem Lilu Nnifsu.” Iva, l-​Bibbja twieġeb mistoqsijiet dwar il-​passat, il-​preżent, u l-​futur. Tgħidilna minfejn ġejna, x’inhu s-​sinifikat tal-​ħajja, kif nistgħu nsibu l-​hena, u x’hemm għalina fil-​futur. L-​ebda ktieb ieħor fl-​istorja ma kellu daqshekk influwenza daqs il-​Bibbja; l-​ebda ktieb ieħor ma baqaʼ jeżisti wara tant attakki malizzjużi. Iżda, għala tant nies jinjoraw dan il-​ktieb uniku meta jkunu qed ifittxu tweġibiet għall-​mistoqsijiet dwar il-​ħajja?

Ħafna nies ma ħadux il-​ħin biex jikkunsidraw id-​differenzi profondi bejn il-​Bibbja u l-​knejjes li kienu jħaddnu. Huma raw kif l-​hekk imsejħa Kristjani joqtlu lil xulxin f’isem Alla. Ħafna gergru, bħalma nnotat The Guardian, li “llum il-​qassisin huma iktar interessati li jiġbru l-​flus milli jagħmlu ż-​żjajjar pastorali.” Huma jaħsbu, forsi, li l-​Bibbja tapprova jew tagħlaq għajnejha għal imġiba bħal din. Il-​verità hi, il-​Bibbja tikkmanda lill-​Kristjani biex ‘iħobbu lil xulxin,’ u tgħid lil dawk li jippridkaw il-​kelma, “B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu.” (Ġwann 13:34; Mattew 10:8) Mela, huwa ġust li wieħed jiġġudika l-​Bibbja mill-​għemejjel tan-​nies li jgħidu li jirrispettawha imma ma jsegwuhiex?

Ħafna jemmnu li l-​Bibbja m’hijiex xjentifika, tikkontradixxi lilha nfisha, u antikwata. Imma eżaminar bir-​reqqa juri l-​oppost taʼ dan. Veru li l-​Bibbja m’hijiex xi ktieb xjentifiku. Madankollu, meta ssemmi suġġetti li għandhom x’jaqsmu max-​xjenza—bħall-​ordni taʼ kif ġew l-​affarijiet ħajjin fuq l-​art, il-​forma taʼ l-​art, jew il-​kura addattata għal mard infettiv—il-​Bibbja ma tgħid xejn żbaljat. Għall-​kuntrarju, din fiha stqarrijiet li ntqalu sekli qabel ma dawn saru magħrufa. U għalkemm il-​Bibbja hija magħmula minn 66 ktieb li nkitbu f’iżjed minn 1,600 sena, kollha huma fi qbil maʼ xulxin. Barra minn hekk, il-​Bibbja turi dehen taʼ l-​għaġeb dwar in-​natura tal-​bniedem, u dan illum jagħmilha iktar aġġornata minn qatt qabel.

Dan il-​ktieb rimarkevoli jgħid xi ħaġa kruċjali dwar il-​qima t’Alla. Jgħid li din il-​qima trid tingħata, mhux skond dak li jiġi determinat mill-​bniedem, imma skond kif jgħid Alla. (Ġwann 5:30; Ġakbu 4:​13-15; 2 Pietru 1:21) Imma ftit huma n-​nies li osservawh verament dan il-​prinċipju. Miż-​żminijiet tal-​qedem, il-​bnedmin ħolqu reliġjonijiet biex jissodisfaw l-​iskopijiet tagħhom stess. Dan huwa minnu meta n-​nies inaqqxu l-​allat tagħhom minn biċċiet taʼ injam u jqimuhom. Huwa minnu meta l-​istituzzjonijiet reliġjużi jgħallmu duttrini li jkunu vvintaw. U m’huwiex minnu wkoll dwar dawk l-​individwi li jfasslu reliġjon privata biex jissodisfaw il-​preferenzi tagħhom stess?

Ikkunsidra l-​alternattiva li hemm. Għax ma tagħmilx l-​istess bħall-​president tal-​Qorti Suprema taʼ l-​Istati Uniti? Bl-​istess mod li jiddeċiedi l-​każijiet fil-​qorti, hu eżamina imparzjalment l-​evidenza favur u kontra l-​verità tal-​Bibbja. B’liema riżultat? Hu qal: “Wasalt għall-​konklużjoni li l-​Bibbja hija ktieb sopranaturali, li ġie mingħand Alla.”

Kif tistaʼ tagħmel eżaminar simili għalik innifsek ? Bħala suġġeriment, tistaʼ tipprova studju regulari tal-​Bibbja, waqt li teżamina t-​tweġibiet tagħha għall-​mistoqsijiet li tqajmu fil-​bidu taʼ dan l-​artiklu. Hemm madwar sitt miljun Xhud taʼ Jehovah, f’235 pajjiż, li għamel studju bħal dan. Huma joffru l-​ħin tagħhom sabiex jaqsmu m’oħrajn dak li tgħallmu. Il-​kors taʼ studju tal-​Bibbja fid-​dar li huma joffru mingħajr ħlas għen lil miljuni jsibu fidi li hija ferm iktar minn manija tal-​mument jew kwistjoni taʼ gosti. Il-​Kristjanità vera u pura preżentata fil-​Bibbja m’hijiex sempliċement reliġjon oħra. Din tirrappreżenta l-​verità dwar Alla u l-​iskopijiet tiegħu. Għalhekk, għala għandna nikkuntentaw b’xi ħaġa inqas minn hekk?—Ġwann 17:17.

[Stampi f’paġna 10]

L-​aħjar mod kif tissodisfa l-​bżonnijiet spiritwali tiegħek hu li titgħallem dwar Alla mill-​Bibbja u tassoċja maʼ l-​adoraturi veri

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja