Kienu Qed Jiġu Osservati
ŻEWĠ żgħażagħ waqfu biex jieħdu l-kolazzjon f’restorant ġo belt żgħira f’Ohio, l-Istati Uniti taʼ l-Amerika. Bħas-soltu, qabel ma bdew jieklu, baxxew rashom u qalu talba minn taħt l-ilsien.
Wara dan, waħda mara li kienet qiegħda tosservahom, marret ħdejhom u ħaditilhom il-kont. Qaltilhom: “F’dinja fejn nisimgħu ħafna affarijiet ħżiena dwar iż-żgħażagħ tagħna, hija ħaġa tassew sabiħa li tara żewġt irġiel żgħażagħ jieħdu l-ħin biex jirringrazzjaw lil Alla għall-ikel li għandhom quddiemhom. Nixtieq inħallsilkom il-kolazzjon jien.”
Il-ġuvintur baqgħu mbellhin però rnexxielhom jirringrazzjawha. Imma wara dan irraġunaw li ma setgħux iħallu lill-mara taħseb li kienu qed jitolbu lil xi Alla kwalunkwe. Għalhekk, wieħed minnhom mar ħdejn il-mara u wara li reġaʼ rringrazzjaha, spjegalha li huma kienu Xhieda taʼ Jehovah.
Ix-Xhieda taʼ Jehovah għandhom id-drawwa li jistudjaw il-Bibbja mal-familji tagħhom, u l-ġenituri taʼ dawn iż-żgħażagħ hekk kienu għamlu. Waħda mill-pubblikazzjonijiet li l-familji studjaw hija Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Fost id-19-il kapitlu li fih, dan il-ktieb jinkludi kapitlu dwar it-talb bit-titlu “Kif Tistaʼ Tersaq Qrib Lejn Alla.”
Tistaʼ titlob kopja taʼ dan il-ktieb taʼ 192 paġna, li jservi bħala għajnuna għall-istudju tal-Bibbja, billi timla u tibgħat il-kupun t’hawnhekk fl-indirizz muri fuq il-kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Ibagħtuli kopja tal-ktieb Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.