LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 1/8 p. 16
  • Il-Knisja Ingliża Dar Maqsuma

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Knisja Ingliża Dar Maqsuma
  • Stenbaħ!—2002
Stenbaħ!—2002
g02 1/8 p. 16

Il-​Knisja Ingliża Dar Maqsuma

MINN KITTIEB GĦAL STENBAĦ! FIL-​GRAN BRITANNJA

IT-​13-IL KONFERENZA taʼ Lambeth tal-​Knisja Ingliża nżammet f’Canterbury fl-​1998 viċin il-​katidral tagħha li għandu 900 sena. Waqt li kien qed jindirizza l-​konferenza, l-​Isqof William E. Swing għamel din l-​osservazzjoni effettiva: “Ir-​reliġjon għandha tieqaf tkun il-​problema u tibda tipprovdi s-​soluzzjoni. Qatt ma jistaʼ jkun hemm paċi bejn in-​nazzjonijiet jekk ma jkunx hemm paċi bejn ir-​reliġjonijiet.”

Il-firda li hemm fost il-​parruċċani u l-​kleru taʼ l-​istess reliġjon taʼ min jinnotaha wkoll. Isqof wieħed irrifjuta li jattendi l-​konferenza, li ilha ssir kull għaxar snin mill-​1948, minħabba li preżenti kien hemm isqfijiet nisa. Xi wħud li attendew opponew li jkollhom sehem f’diskussjonijiet minn fuq il-​Bibbja maʼ dawn in-​nisa.

Filwaqt li fil-​konferenza taʼ l-​1988 il-​kwistjoni li ddominat id-​diskussjoni kienet jekk in-​nisa għandhomx jiġu ordnati, fl-​1998 is-​suġġett prinċipali taʼ kontroversja kien l-​omosesswalità. Fl-​aħħarnett, l-​isqfijiet qablu li l-​omosesswalità kienet “kontra l-​iskrittura.” X’qanqal din id-​deċiżjoni?

Waħda mir-​raġunijiet setgħet kienet li l-​Anglikani kienu ħerqana li jsaħħu r-​relazzjonijiet tagħhom mal-​Knisja Kattolika Rumana. Dawn irrealizzaw li l-​knisja tagħhom ma setgħetx tippretendi li jkun hemm djalogu bejn dawn iż-​żewġ organizzazzjonijiet jekk kienu se jkomplu japprovaw l-​omosesswalità fil-​kleru. Raġuni oħra għal din id-​deċiżjoni setgħet kienet minħabba l-​biżaʼ mill-​Islam. Kieku huma għamlu riżoluzzjoni li biha jaċċettaw lill-​qassisin omosesswali, kienet tkun bħalma qalu l-​isqfijiet Afrikani, it-​tmiem taʼ djalogu evanġeliku fl-​istati Islamiċi.

Rigward problema oħra li kienet tifridhom waqt il-​konferenza, The Sunday Telegraph irrapportat: “F’xi partijiet fl-​Afrika, l-​akbar kwistjoni missjunarja hi dik tal-​poligamija.” B’riflessjoni lejn id-​dilemma li jiffaċċjaw l-​Anglikani fl-​Afrika, wieħed isqof osserva: “Jekk xi ħadd jagħmel kontribuzzjoni kbira lill-​Knisja imma għandu iktar minn mara waħda, x’jagħmlu [l-isqfijiet Anglikani]?” Meta nnotat x’irriżulta mid-​dibattitu, riżultat li wieħed kien jistennieh, The Times taʼ Londra rrapportat: “L-​isqfijiet Anglikani se jibqgħu siekta dwar il-​poligamija.”

Għall-ewwel darba, l-​isqfijiet Anglikani ddiskutew ir-​relazzjoni tagħhom maʼ l-​Islam. “Hemm mibegħda kbira bejn il-​Kristjani u l-​Musulmani fin-​Niġerja,” irrapporta l-​isqof taʼ Kaduna, fin-​Niġerja, billi stqarr li iktar minn 10,000 ruħ sfaw vittma f’konflitti reliġjużi f’pajjiżu. Intqal li, jekk biss jipprovaw jifhmu aħjar it-​twemmin Islamiku, dan setaʼ jwassal biex tiġi evitata gwerra qaddisa fl-​Afrika.

Xi prospett hemm għal dawk is-​70 miljun ruħ mad-​dinja kollha, li skond stqarrija argumentata, huma membri tal-​knisja Anglikana?a Din is-​sitwazzjoni m’hijiex inkuraġġanti, għax bħalma rrapportat The Times: “Il-​konferenza għaġġbet lil ħafna osservaturi u parteċipanti minħabba li kultant kienet tidher iktar qisha xi laqgħa taʼ partit politiku milli knisja Kristjana fit-​talb.”

Mhux taʼ b’xejn li The Sunday Times ikkonkludiet li ‘l-​mibegħda u r-​rabja spikkaw f’din il-​laqgħa.’

[Nota taʼ taħt]

a Din il-​figura taʼ 70 miljun “tinstemaʼ impressjonanti,” tgħid The Times, “imma dak li jintqal rarament dwar dan huwa li 26 miljun minnhom huma mill-​Knisja Ingliża. Illum il-​ġurnata, bilkemm hemm miljun ruħ li jmorru l-​knisja hawnhekk [fil-Britannja], il-​bqija huma Anglikani taʼ l-​isem biss.”

[Stampa f’paġna 16]

Il-​Katidral taʼ Canterbury li għandu 900 sena

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja