LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 7/8 p. 32
  • Għajnuna Meta Xi Ħadd Maħbub Imut

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għajnuna Meta Xi Ħadd Maħbub Imut
  • Stenbaħ!—2001
Stenbaħ!—2001
g01 7/8 p. 32

Għajnuna Meta Xi Ħadd Maħbub Imut

Ftit tas-​snin ilu, ix-​Xhieda taʼ Jehovah ppubblikaw browxer li kkunsidra l-​isfida biex wieħed ikampa mal-​mewt taʼ xi ħadd maħbub. Dan l-​aħħar, intbagħtet ittra mingħand qarrejja grata mir-​Repubblika Federali tal-​Jugoslavja, li kitbet: “Nixtieq nirringrazzjakom minn qiegħ qalbi għall-​browxer Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Dan tabilħaqq jispjega kull dettall dwar it-​telfa taʼ xi ħadd maħbub.”

Din kitbet: “Meta tlift lil ħija f’inċident tat-​traffiku, il-​browxer tani l-​għajnuna li tant kelli bżonn. Is-​sezzjoni ‘Xi Suġġerimenti Prattiċi,’ f’paġna 18, kienet tassew taʼ faraġ għalija. Madankollu, wara erbaʼ xhur bdejt inħoss uġigħ verament profond flimkien maʼ nostalġija. Bdejt nibżaʼ li s-​saħħa emozzjonali tiegħi kienet fil-​periklu.

“Erġajt qrajt dan il-​browxer, u f’paġna 9 fil-​kaxxa ‘Il-​Proċess Tan-​Niket,’ innotajt li l-​perijodu sakemm wieħed jerġaʼ jiġi f’tiegħu jġib miegħu n-​niket kif ukoll in-​nostalġija. Tassew ħassejtni mfarrġa. Grazzi għall-​ħniena tenera tagħkom, li turuha permezz taʼ dan il-​browxer.”

Forsi int jew xi ħadd li taf ukoll tistgħu tirċievu faraġ meta taqraw dan il-​browxer taʼ 32 paġna. Tistaʼ titlob kopja billi timla l-​kupun t’hawn u tibagħtu fl-​indirizz muri fuq il-​kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Ibagħtuli kopja tal-​browxer Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja