LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 1/8 p. 32
  • Dubjuż imma Għadu Jfittex

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dubjuż imma Għadu Jfittex
  • Stenbaħ!—2001
Stenbaħ!—2001
g01 1/8 p. 32

Dubjuż imma Għadu Jfittex

F’ittra lill-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Jehovah fis-​Slovenja, wieħed raġel li qal li kien mgħammed bħala Kattoliku Ruman talab hekk: “Jekk jogħġobkom ibagħtuli kopja tal-​browxer Alla X’Jirrikjedi Minna? Nixtieq ukoll ftit informazzjoni dwar kif nistaʼ nirċievi regolarment ir-​rivista Stenbaħ! id-​dar.”

Ir-raġel spjega: “Jekk jogħġobkom tifhmunix ħażin. Jien kemxejn dubjuż fejn għandha x’taqsam ir-​reliġjon, imma kont għoddni nħsadt x’ħin qrajt Stenbaħ! għax din ir-​rivista ma kienet dommatika xejn imma spjegat l-​affarijiet bla tlaqliq u b’mod istruttiv.” Imbagħad hu rrefera għal rivista reliġjuża popolari u qal li din letteralment iġġiegħel lin-​nies jemmnu li trid hi.

Ir-raġel spjega għala ma kienx mela l-​kupun fuq in-​naħa taʼ wara taʼ Stenbaħ! biex jibgħat għall-​browxer X’Jirrikjedi imma minflok għażel li jikteb ittra persunali. “Ma ridtx inkerrahha r-​rivista Stenbaħ!,” hu qal. “Ridt inħalliha sħiħa!”

Il-browxer taʼ 32 paġna li jismu Alla X’Jirrikjedi Minna? fih 16-il lezzjoni. F’dawn il-​lezzjonijiet jintwera t-​tagħlim bażiku tal-​Bibbja u fihom tagħrif preżentat mill-​Bibbja li jurina x’għandna nagħmlu biex ikollna l-​approvazzjoni t’Alla. Jekk int ukoll tixtieq titlob kopja taʼ dan il-​browxer, imla l-​kupun t’hawn taħt u ibagħtu fl-​indirizz provdut fuq il-​kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Ibagħtuli kopja tal-​browxer Alla X’Jirrikjedi Minna?

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.

[Stampa f’paġna 32]

113-il miljun kopja 240 lingwa

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja