Jagħti lin-Nies Tama Ġenwina
ŻAGĦŻUGĦ taʼ 17-il sena, minn dik li qabel kienet ir-repubblika Sovjetika taʼ Moldova, kiteb lill-uffiċċju tax-Xhieda taʼ Jehovah hemmhekk biex jesprimi l-apprezzament tiegħu għas-serje t’artikli “X’Tama Hemm għaż-Żgħażagħ tal-Lum?” fil-ħarġa tat-8 taʼ Settembru, 1998, tar-rivista Awake! Il-kittieb spjega:
“Bilkemm stajt inżomm id-dmugħ, u ħassejt li kelli niktbilkom biex nirringrazzjakom. L-artikli reġgħu fakkruni f’dak li għaddejt minnu ftit taż-żmien ilu. Meta kont kważi wasalt biex nagħmel suwiċidju, ix-Xhieda taʼ Jehovah salvawni, mingħajr ma rrealizzaw. Il-fatt li tkellimt magħhom dwar tama għall-futur u saħħaħt il-fiduċja tiegħi fil-ħniena tal-Ħallieq, għenni biex nirkupra bil-mod il-mod mill-istat taʼ disperazzjoni li kont waqajt fih.
“Il-fatt li tgħinu lin-nies jitgħallmu dwar l-iskop t’Alla li jġib kundizzjonijiet t’għajxien aħjar juri tabilħaqq l-imħabba li għandkom għall-proxxmu tagħkom. Huwa evidenti li dawn l-isforzi ma jsirux għalxejn. L-isforzi tagħkom biex tiġbdu għall-attenzjoni l-iktar problemi importanti tas-soċjetà huma taʼ min ifaħħarhom. Komplu agħmlu dan ix-xogħol utli. Jien inħares ’il quddiem lejn kull ħarġa ġdida taʼ din ir-rivista.”
Fil-paragrafu “Għala Stenbaħ! Huwa Pubblikat,” li jidher f’paġna 4 taʼ kull ħarġa, hemm dan il-kliem: “Din ir-rivista tibni fiduċja fil-wegħda tal-Ħallieq għal dinja ġdida mimlija paċi u sigurtà li dalwaqt se tieħu post is-sistema preżenti t’affarijiet li hija mill-agħar u mingħajr liġi.” Il-wegħda t’Alla bbażata fuq il-Bibbja tat is-saħħa lil miljuni taʼ nies madwar id-dinja biex ikampaw mal-problemi f’dan iż-żmien mimli inkwiet.
Int tistaʼ ssib deskrizzjoni mill-isbaħ taʼ din it-tama ġenwina li l-Ħallieq tagħna qed joffri fil-browxer taʼ 32 paġna X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tistaʼ Ssibu? Ara b’mod speċjali s-sezzjonijiet “L-Iskop t’Alla Dalwaqt Se Jiġi Rrealizzat” u “Għix għal Dejjem f’Ġenna tal-Art.” Int tistaʼ tikseb kopja taʼ dan il-browxer billi timla u tibgħat il-kupun mehmuż fl-indirizz li jidher fuq il-kupun jew fl-indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
◻ Ibagħtuli kopja tal-browxer X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tistaʼ Ssibu?
◻ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.