LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g98 4/8 p. 23
  • Kemm Hu Perikoluż It-​televixin?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kemm Hu Perikoluż It-​televixin?
  • Stenbaħ!—1998
  • Materjal Simili
  • Kif Tuża t-Televixin bil-Għaqal
    Stenbaħ!—2000
Stenbaħ!—1998
g98 4/8 p. 23

Kemm Hu Perikoluż It-​televixin?

Fit-​18 taʼ Diċembru, 1997, it-​titli ewlenin fil-​gazzetti rrapportaw li programm tal-​kartuns fuq it-​televixin kien marrad lil ħafna f’Tokjo, il-​Ġappun. Mijiet ittieħdu lejn l-​isptarijiet. “Xi tfal irrimettew id-​demm, u oħrajn tathom taqliba jew intilfu minn sensihom,” irrapportat The New York Times. “It-​tobba u l-​psikologi jwissu li dan l-​episodju huwa tfakkira li taħsdek taʼ kemm it-​tfal jistgħu jkunu vulnerabbli għal ċerti programmi televiżivi tal-​lum.”

Id-Daily News taʼ New York qalet: “Il-​bieraħ il-​Ġappun inħakem mill-​paniku wara li mijiet taʼ tfal mal-​pajjiż kollu tathom aċċessjoni meta ħarsu lejn l-​għajnejn ħomor jixegħlu taʼ ċertu mostru tal-​kartuns.

“Kważi 600 tifel u tifla u ftit adulti ttieħdu malajr l-​emerġenza nhar it-​Tlieta fil-​għaxija wara li raw . . . kartuns fuq it-​TV.” Xi wħud iddaħħlu f’diversi taqsimiet tal-​kura intensiva, isofru minn diffikultajiet respiratorji.

Yukiko Iwasaki, omm taʼ tifla taʼ tmien snin, spjegat: “Jien ħassejtni xxokkjata meta rajt lil binti tintilef minn sensiha. Kien biss meta bdejt nagħtiha d-​daqqiet fuq daharha li reġgħet bdiet tieħu n-​nifs.”

Il-​produtturi tal-​programmi tat-​televixin għat-​tfal ma setgħux jispjegaw kif teknika taʼ l-​animazzjoni li huma jgħidu li ġiet użata “mijiet taʼ drabi” setgħet ikkaġunat reazzjoni daqshekk perikoluża u vjolenti.

Billi huma konxji taʼ l-​effetti perikolużi taʼ li joqogħdu jaraw it-​televixin, xi ġenituri ħadu ħsieb jikkontrollaw bir-​reqqa dak li wliedhom jaraw fuq it-​TV, jew saħansitra neħħew it-​TV minn darhom. Wieħed ġenitur f’Allen, ġewwa Texas, l-​Istati Uniti, innota li qabel ma neħħew it-​televixin minn darhom, it-​tfal tiegħu kienu “jikkonċentraw għal ftit ħin biss, nervużi, jonqsu milli jikkooperaw, u dejjem imdejqin.” Hu kompla jispjega: “Illum kważi kull wieħed mill-​ħamest itfal tagħna​—li l-​etajiet tagħhom ivarjaw minn 6 snin sa 17-il sena—​huma studenti li jġibu l-​aqwa marki. Wara li warrbu t-​televixin għalkollox, huma malajr bdew jinteressaw ruħhom f’diversi affarijiet, li jinkludu l-​isports, il-​qari, l-​arti, l-​użu tal-​kompjuter, eċċ.

“Ġrajja partikolarment memorabbli ġrat xi sentejn ilu. Ibni, li dak iż-​żmien kellu 9 snin, ċempilli waqt li kien f’pàrti taʼ ħabib li wara kulħadd kien se jorqod għandu, għax ried jiġi d-​dar . . . Meta mort għalih u staqsejtu x’kien ġara, qalli, ‘Iddejjaqt. Ma jridu jagħmlu xejn ħlief joqogħdu bil-​qiegħda jaraw it-​TV!’”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja