Dan Qanqlu Biex Jaġixxi!
Raġel minn Karakas, il-belt kapitali tal-Venezwela, żar lil missieru, Rufino, li kien imdaħħal fiż-żmien. Il-missier kien jgħix ġewwa La Loma, villaġġ remot fil-kampanja. L-iben ħa l-ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art lil Rufino.
Iktar tard, Xhieda taʼ Jehovah minn Los Humocaros marru jippridkaw ġewwa La Loma. Bi stagħġib kbir, in-nies bdew jgħidulhom li diġà kien hemm Xhud qed iżurhom. Ix-Xhieda kkonfondew għax kienu jafu li ma kienx hemm Xhieda jgħixu f’dawk l-inħawi. Imbagħad xi ħadd uriehom id-dar taʼ l-hekk imsejjaħ Xhud—kienet id-dar taʼ Rufino!
Rufino tgħidx kemm feraħ meta ltaqaʼ mal-viżitaturi. Dawk fil-villaġġ tiegħu għala kienu identifikawh bħala wieħed mix-Xhieda taʼ Jehovah? Sewwa, Rufino kien beda jaqra l-ktieb Tgħix Għal Dejjem, u meta wasal f’kapitlu 13, ra l-istampa taʼ Ġesù jibgħat lis-segwaċi tiegħu fuq ix-xogħol taʼ l-ippridkar. Rufino wasal għall-konklużjoni li l-Kristjani llum għandhom jagħmlu l-istess xogħol. Għalhekk beda jaqsam mal-ġirien tiegħu l-veritajiet tal-Bibbja li kien qed jitgħallem.
Inbeda studju regulari tal-Bibbja maʼ Rufino, u ntqallu dwar il-laqgħat tal-kongregazzjoni. Il-Ħadd taʼ wara kien fis-Sala tas-Saltna. Avolja Rufino kellu 80 sena, kien mexa għal tliet sigħat biex jasal hemmhekk! Minn dak in-nhar ’il quddiem, qatt ma naqas li jattendi ħlief meta kien marid ħafna. Hu saħansitra nkiteb fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku u ta taħdita tajba. Rufino marad is-sena l-oħra u miet f’Lulju 1996, bit-tama soda taʼ rxoxt fuq art magħmula ġenna.
Aħna nemmnu li int ukoll se tibbenefika billi taqra l-ktieb mimli stampi sbieħ, li fih 256 paġna, Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art. Jekk tixtieq li tirċievi kopja jew tixtieq li jkollok studju tal-Bibbja fid-dar b’xejn, jekk jogħġbok ikteb lil Watch Tower, The Ridgeway, London NW7 1RN, jew fl-indirizz li japplika għalik f’paġna 5.