LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g97 4/8 p. 30
  • Ġuħ Spiritwali Fir-​Rumanija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġuħ Spiritwali Fir-​Rumanija
  • Stenbaħ!—1997
Stenbaħ!—1997
g97 4/8 p. 30

Ġuħ Spiritwali Fir-​Rumanija

RAPPORT taʼ l-​Associated Press minn Brasov, ir-​Rumanija, qal li madwar 90 fil-​mija tat-​23 miljun ruħ fir-​Rumanija huma membri tal-​Knisja Ortodossa, li kellha permess biex topera taħt il-​ħakma Komunista. Madankollu, id-​Daily Record taʼ Canon City, fil-​Kolorado, l-​Istati Uniti, innotat li ħafna issa qegħdin isibu li l-​knisja m’hijiex tagħmel xogħolha. Din kellha t-​titlu: “Ir-​Rumeni Jsibu L-​Knisja Ortodossa Nieqsa Mir-​Relevanza.”

“Alexandru Paleologu, kittieb u filosfu,” irrapportat il-​gazzetta f’Ottubru li għadda, “iċċita nuqqas taʼ fiduċja fl-​awtoritajiet tal-​knisja, u qal li l-​istil u s-​sustanza tar-​reliġjon tħalltu. In-​nies iroddu s-​salib u jsumu fil-​ġranet magħżulin, per eżempju. Imma l-​abort, li l-​knisja tqisu bħala dnub, huwa mifrux maʼ kullimkien.”

Id-Daily Record osservat li ħafna saru Xhieda taʼ Jehovah, u ċċitat l-​effett li l-​programm taʼ tagħlim tal-​Bibbja kellu fuq familja waħda: “Ir-​raġel taʼ Florentina Petrisor kien jisker u jsawwatha, tgħid hi. Imma minn mindu l-​koppja saru Xhieda taʼ Jehovah, il-​ħajja tal-​familja tagħha hija stampa t’armonija.”

Huwa rrapportat li Florentina, ħajjata taʼ 38 sena, “telqet mill-​knisja Ortodossa minħabba li din naqset fit-​tagħlim pastorali tagħha u minħabba l-​materjaliżmu tal-​qassis tal-​lokal tagħha.” Il-​gazzetta spjegat: “Meta miet il-​kunjatu tagħha, Petrisor qalet li l-​familja kellha tħallas u titmaʼ lill-​qassis biex tiżgura li jagħmillu funeral sabiħ, qabel ma setgħet titmaʼ lil uliedha. ‘Deherli li dan ma kienx sewwa,’ qalet hi.”

Rigward il-​kampanja tal-​knisja biex ixxerred informazzjoni żbaljata dwar ix-​Xhieda, id-​Daily Record osservat: “Fir-​Rumanija, il-​knisja Ortodossa, li reġgħet akkwistat influwenza, għenet biex timmanuvra lill-​gvern biex jibdel il-​lok t’assemblea kbira tax-​Xhieda taʼ Jehovah dan is-​sajf mill-​kapitali Bukarest għall-​ibliet Transilvanjani taʼ Brasov u Cluj.”

Fil-ħarġa tat-​22 taʼ Frar, 1997, l-​Awake! tkellem dwar il-​kampanja tal-​knisja biex tinfluwenza lill-​gvern biex jikkanċella l-​konvenzjoni internazzjonali li kienet mistennija ssir ġewwa Bukarest f’Lulju 1996. Tistaʼ taqra f’dik ir-​rivista kif konvenzjonijiet alternattivi ġew irranġati malajr ġewwa Cluj-Napoca u Brasov u kif total taʼ 34,866 attendew għalihom. Il-​pubbliċità li rriżultat madwar id-​dinja kienet rimarkevoli. “Dak li l-​Knisja Ortodossa Rumana ħasbet li kien se jfixkilna,” innota rappreżentant tax-​Xhieda, “attwalment irriżulta għall-​avvanz taʼ l-​aħbar it-​tajba.”

[Stampa fʼpaġna 30]

Delegati jkantaw fil-​konvenzjoni taʼ Brasov

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja